Notifikazzjoni ta’ Konċentrazzjoni

Skont ir-regolament 5(4) tar-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Konċentrazzjonijiet, 2002 ippubblikati fl-Avviż Legali 294 tal-2002, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jinnotifika għal informazzjoni ġenerali li ġiet ippreżentata notifika ta’ konċentrazzjoni bejn Galaxy Germany Holding SE (Munich, il-Ġermanja,) u Nagarro SE (Munich, il-Ġermanja) nhar it-Tnejn, 10 ta’ Awwissu 2026.

In-natura tal-konċentrazzjoni hija akkwist ta’ kontroll assolut ta’ Nagarro SE minn Persistent Systems Limited permezz ta’ Galaxy Germany Holding SE.

Galaxy Germany Holding SE hija korporazzjoni tal-ishma Ewropea li tifforma parti mill-grupp Persistent Systems Limited, li hija kumpanija globali li tipprovidi servizzi u soluzzjonijiettal-IT, li tispeċjalizza fl-Inġinerija Diġitali u l-Modernizzazzjoni tal-Intrapriżi. L-attivitajiet ewlenin tagħha jinkludu l-inġinerija tal-prodotti tas-softwer, l-iżvilupp u l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet, is-servizzi tal-cloud u tal-infrastruttura, id-data u l-analitika, is-sigurtà tal-IT tal-intrapriżi, l-integrazzjoni tal-intrapriżi, l-awtomazzjoni intelliġenti, u t-trasformazzjoni tal-esperjenza tal-klijent.

Nagarro SE, hija wkoll korporazzjoni tal-ishma Ewropea, u bħala grupp tipprovdi servizzi u konsulenza tal-IT, inkużi servizzi ta’ konsulenza fil-qasam tas-softwer u t-teknoloġija, żvilupp, ittestjar, implimentazzjoni, manutenzjoni, operazzjonijiet, u servizzi ta’ innovazzjoni. Hija topera f’diversi setturi tal-industrija.

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jistieden lil terzi interessati sabiex jissottomettu l-oġġezzjonijiet tagħhom bil-miktub dwar din il-konċentrazzjoni notifikata fi żmien sebat ijiem mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’dan l-indirizz:

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni

Mizzi House

Triq Nazzjonali

Il-Blata l-Bajda, HMR 9010

Malta

jew competition@mccaa.org.mt

Categories