Liġi tal-kompetizzjoni

Liġi tal-kompetizzjoni

Artiklu 5(1) jipprojbixxi kwalunkwe ftehim bejn impriżi, kwalunkwe deċiżjoni minn assoċjazzjoni ta’ impriżi u kwalunkwe prattika miftiehma bejn impriżi li jkollhom l-għan jew l-effett li jipprevjenu, jirrestrinġu jew ifixklu l-kompetizzjoni fi ħdan Malta. L-Artiklu 5 jipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki li huma pprojbiti taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni u li għalhekk huma ipso jure nulli u mhux infurzabbli. Din il-lista tkopri ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki li:

  • jistabbilixxu, direttament jew indirettament, il-prezz tax-xiri jew tal-bejgħ jew kundizzjonijiet oħra tal-kummerċ;
  • jillimitaw jew jikkontrollaw il-produzzjoni, is-swieq, l-iżvilupp tekniku jew l-investiment;
  • jaqsmu s-swieq jew is-sorsi ta’ provvista;
  • jimponu l-applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet differenti għal tranżazzjonijiet ekwivalenti ma’ partijiet oħra barra minn tali ftehim, u b’hekk ipoġġuhom fi żvantaġġ kompetittiv; u
  • jimponu l-applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet differenti għal tranżazzjonijiet ekwivalenti ma’ partijiet oħra barra minn tali ftehim, u b’hekk ipoġġuhom fi żvantaġġ kompetittiv; u

F’termini tal-Artiklu 5(3), id-dispożizzjonijiet tal-Artiklu 5(1) ma japplikawx fil-każ ta’ kwalunkwe ftehim bejn impriżi, kwalunkwe deċiżjoni minn assoċjazzjoni ta’ impriżi jew kwalunkwe prattika miftiehma li tissodisfa l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

  • tikkontribwixxi lejn l-għan li titjieb il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ beni jew servizzi jew li jiġi promoss il-progress tekniku jew ekonomiku;
  • tippermetti lill-konsumaturi sehem ġust mill-benefiċċju li jirriżulta;
  • ma timponix fuq l-impriżi kkonċernati ebda restrizzjoni li mhijiex indispensabbli biex jintlaħaq l-imsemmi għan; u
  • ma tagħtix lill-impriżi kkonċernati l-possibbiltà li jeliminaw jew inaqqsu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni fir-rigward ta’ parti sostanzjali tal-prodotti li għalihom jirreferi l-ftehim, id-deċiżjoni jew il-prattika miftiehma.

L-Artiklu 101 tat-TFUE japplika wkoll meta kwalunkwe ftehim bejn impriżi, kwalunkwe deċiżjoni minn assoċjazzjoni ta’ impriżi jew kwalunkwe prattika miftiehma tista’ taffettwa b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn Malta u Stat Membru ieħor jew aktar.

Taqsimiet