Linji Gwida | Is-Sigurtà tal-Ġugarelli 2026

Regolamenti tal-2026 li Jemendaw ir-Regolamenti dwar Is-Sigurtà tal-Ġugarelli

Id-dispożizzjonijiet proposti qegħdin jittrasponu d-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2026/192 tat-28 ta’ Jannar 2026 li temenda l-Appendiċi A tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-kobalt, billi tippermetti l-kobalt fil-ġugarelli biss f’sitwazzjonijiet speċifiċi, jiġifieri, għall-komponenti tal-azzar li ma jissaddadx, konduzzjonijiet elettriċi, u kalamiti bbażati fuq in-neodimju siguri. Għaldaqstant, il-kobalt issa qiegħed jiġi inkluż fl-Appendiċi A tal-Anness II tad-Direttiva dwar Is-Sigurtà tal-Ġugarelli.

B’mod speċifiku, il-kobalt qiegħed jiġi permess taħt l-applikazzjonijiet li ġejjin:

  • fil-ġugarelli u l-komponenti tal-ġugarelli magħmula mill-azzar li ma jissaddadx, bħala impurità fin-nikil li jkun fih l-azzar.
  • f’komponenti tal-ġugarelli li huma maħsuba għall-konduzzjoni tal-kurrent elettriku.
  • f’ kalamiti bbażati fuq in-neodimju li jintużaw fil-ġugarelli jekk dawk il-kalamiti ma jkunux jistgħu jinbelgħu jew jinġibdu man-nifs.

L-użu tal-kobalt f’dawn l-applikazzjonijiet huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stretti biex tiġi żgurata s-sigurtà u l-konformità mar-regolamenti tal-UE.

Dawn il-linjigwida għall-utent qegħdin jiġu ppubblikati skont l-artikolu 3 tal-Att dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar (Kap. 512).

Categories