Notifikazzjoni ta’ Konċentrazzjoni

Skont ir-regolament 5(4) tar-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Konċentrazzjonijiet, 2002 ippubblikati fl-Avviż Legali 294 tal-2002, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jinnotifika għal informazzjoni ġenerali li ġiet ippreżentata notifika ta’ konċentrazzjoni bejn CFP Energy RMS Ltd (Londra, l-Ingilterra) u Kinect Energy Green Services AS (Bergen, in-Norveġja) nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Awwissu 2026.

In-natura tal-konċentrazzjoni hija akkwist ta’ kontroll assolut ta’ Kinect Energy Green Services AS minn CFP Energy RMS Ltd.

CFP Energy RMS Ltd hija kumpanija privata limitata li tifforma parti mill- CFP Energy Group, li huwa attiv fil-qasam ta’ prodotti u servizzi tal-enerġija u ambjentali, inkluż il-kummerċ u l-provvista ta’ prodotti ambjentali bħal compliance carbon certificates, Garanziji tal-Oriġini u Garanziji tal-Oriġini tal-Enerġija Rinnovabbli. CFP Energy Group huwa attiv ukoll f’attivitajiet relatati mal-enerġija, li jinkludu prodotti u servizzi relatati mal-enerġija u l-gass.

Kinect Energy Green Services AS hija kumpanija attiva fil-provvista u l-kummerċ ta’ prodotti ambjentali, li jinkludu EU u UK Emissions Trading System compliance products, il-Garanziji tal-Oriġini u l-Garanziji tal-Oriġini tal-Enerġija Rinnovabbli.

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jistieden lil terzi interessati sabiex jissottomettu l-oġġezzjonijiet tagħhom bil-miktub dwar din il-konċentrazzjoni notifikata fi żmien sebat ijiem mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’dan l-indirizz:

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni

Mizzi House

Triq Nazzjonali

Il-Blata l-Bajda, HMR 9010

Malta

jew competition@mccaa.org.mt

Categories