Linji Gwida għall-Utent – Tiswija ta’ Oġġetti
Id-dispożizzjonijiet proposti jittrasponu d-Direttiva (UE) 2024/1799 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar regoli komuni li jippromwovu t-tiswija ta’ oġġetti u li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttivi (UE) 2019/771 u (UE) 2020/1828.
Id-Direttiva tfittex li tikseb livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur filwaqt li żżid ukoll iċ-ċirkolarità fl-ekonomija, billi tippromwovi t-tiswija ta’ oġġetti mixtrija mill-konsumaturi u tnaqqas ir-rimi qabel iż-żmien ta’ oġġetti li għadhom jistgħu jintużaw.
Id-Direttiva hija trasposta fil-liġi nazzjonali permezz tar-Regolamenti proposti dwar it-Tiswija ta’ Oġġetti, 2026, li jistabbilixxu l-qafas għat-tiswija ta’ oġġetti mixtrija mill-konsumaturi, inklużi l-obbligi relatati tal-operaturi ekonomiċi u r-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Dawn il-linji gwida għall-utent qed jiġu ppubblikati skont l-artikolu 3 tal-Att dwar in-Negozji Żgħar (Kap. 512).