Linji Gwida | RoHS 2026

Regolamenti tal-2026 li Jemendaw ir-Regolamenti dwar ir-Restrizzjoni tal-Użu ta’ Ċerti Sustanzi Perikolużi fit-Tagħmir tal-Elettriku u Elettroniku

Id-dispożizzjonijiet proposti qegħdin jittrasponu d-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2025/1802 li temenda d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb fl-istann b’temperatura ta’ tidwib għolja, d-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2025/2363 li temenda d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb f’komponenti tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika u d-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2025/2364 li temenda d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għaċ-ċomb bħala element ta’ lligar fl-azzar, fl-aluminju u fir-ram, u b’hekk qegħdin jipprovdu għal tiġdid ta’ l-eżenzjonijiet li ġejjin rispettivament:

  • tiġdid ta’ eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fl-istann b’temperatura ta’ tidwib għolja;
  • tiġdid ta’ eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb f’komponenti tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika;
  • tiġdid ta’ eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb bħala element ta’ lligar fl-azzar, fl-aluminju u fir-ramm.

L-eżenzjonijiet imsemmija hawn qabel jippermettu l-użu ta’ ċerti sustanzi f’tagħmir tal-elettriku u elettroniku għal perjodu ta’ żmien limitat, fejn is-sostituzzjoni u/jew it-tneħħija ta’ dawn is-sustanzi mhux teknikament jew xjentifikament prattika. L-eżenzjonijiet mġedda proposti għal żmien limitat ma ġewx ikkunsidrati li jnaqqsu l-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa.

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet proposti qegħdin ukoll jittrasponu ir-Rettifika għad-Direttiva 2011/65/EU billi jipprovdu għal korrezzjoni għal ‘referenza li qiegħda ssir f’Artikolu 7 (Obbligi tal-importaturi).

Dawn il-linji gwida għall-utent qegħdin jiġu ppubblikati skont l-artikolu 3 tal-Att dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar (Kap. 512).

Categories