Notifikazzjoni ta’ Konċentrazzjoni 23.10.2026

Skont ir-regolament 5(4) tar-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Konċentrazzjonijiet, 2002 ippubblikati fl-Avviż Legali 294 tal-2002, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jinnotifika għal informazzjoni ġenerali li ġiet ippreżentata notifika ta’ konċentrazzjoni bejn EMIF II Holding VIII Cooperatief W.A . (Hellerup, id-Danimarka) u Portek International Pte. Ltd(is-Singapor) nhar it-Tnejn, 19 ta’ Ottubru 2026.

In-natura tal-konċentrazzjoni hija l-akkwist ta’ Portek International Pte. Ltd minn EMIF II Holding VIII Cooperatief W.A.

EMIF II Holding VIII Cooperatief W.A. hija sussidjarja ta’ A.P. Møller Capital – Emerging Markets Infrastructure Fund II K/S, fond ta’ investiment immexxi minn A.P. Møller Capital P/S, maniġer ta’ fondi tal-infrastruttura li jiffoka fuq investimenti fl-infrastruttura f’assi kritiċi tat-trasport, il-loġistika u l-enerġija.

Portek International Pte. Ltd topera f’Malta permezz ta’ Valletta Gateway Terminals Limited, li hija primarjament operatur ta’ terminal għal merkanzija tat-tip *roll-on/roll-off* (Ro-Ro). Hija timmaniġġja wkoll kwantitajiet limitati ta’ merkanzija f’kontejners u merkanzija bl-ingrossa (*bulk cargo*), u tipprovdi servizzi anċillari, inklużi l-ħażna, l-irmiġġ u l-kiri.

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jistieden lil terzi interessati sabiex jissottomettu l-oġġezzjonijiet tagħhom bil-miktub dwar din il-konċentrazzjoni notifikata fi żmien sebat ijiem mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’dan l-indirizz:

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni

Mizzi House

Triq Nazzjonali

Il-Blata l-Bajda, HMR 9010

Malta

jew competition@mccaa.org.mt

Categories