Skont ir-regolament 5(4) tar-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Konċentrazzjonijiet, tal-2002 ippubblikati fl-Avviż Legali 294 tal-2002, id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jinnotifika għall-informazzjoni ġenerali li notifika ta’ konċentrazzjoni bejn Meat Acquico Germany II GmbH (Bonn, il-Ġermanja) u VION Food Service Holding GmbH (Nordring, Großostheim) ġiet ippreżentata nhar il-Ħamis, 25 ta’ Ġunju 2026.
In-natura tal-konċentrazzjoni hija l-akkwist ta’ VION Food Service Holding GmbH minn Meat Acquico Germany II GmbH.
Meat Acquico Germany II GmbH hija kumpanija holding u membru tal-grupp Group of Butchers, li hija primarjament iffukata fuq il-kanal tad-distribuzzjoni bl-imnut. Il-firxa tal-prodotti tagħha tinkludi laħam ta’ marka privata, zalzett affumikat u għall-barbecue, sopop, ikliet, u insalati, spreads u dips għas-swieq tal-bejgħ bl-imnut u out-of-home.
VION Food Service Holding GmbH u s-sussidjarji diretti u indiretti tagħha joperaw in-negozju tas-servizz tal-ikel tal-grupp (li jopera bħala “Salomon FoodWorld”) li jinkludi d-disinn, il-produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti tal-laħam iffriżat u prodotti tal-ikel veġetarjani/vegani lis-settur tas-servizz tal-ikel out-of-home.
Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-oġġezzjonijiet bil-miktub tagħhom dwar din il-konċentrazzjoni notifikata fi żmien sebat ijiem mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fl-indirizz li ġej:
Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur
Uffiċċju għall-Kompetizzjoni
Mizzi House
Triq Nazzjonali
Blata l-Bajda, HMR 9010
Malta