Skont ir-regolament 5(4) tar-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Konċentrazzjonijiet, 2002 ippubblikati fl-Avviż Legali 294 tal-2002, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jinnotifika għal informazzjoni ġenerali li ġiet ippreżentata notifika ta’ konċentrazzjoni bejn The Tub Projects Company Limited (Santa Venera), u Falzon’s Bathrooms & Ceramics(Ħal Qormi) nhar it-Tlieta, 27 ta’ Ottubru 2026.
In-natura tal-konċentrazzjoni tikkonsisti fl-akkwist ta’ kontroll assolut fuq ċerti assi u kuntratti ta’ Falzon’s Bathrooms & Ceramics Limited minn The Tub Projects Company Limited.
The Tub Projects Company Limited hija involuta fil-provvista u l-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti għall-kmamar tal-banju, oġġetti sanitarji, ċeramika, madum u oġġetti oħra relatati fil-bejgħ bl-imnut.
Falzon’s Bathrooms & Ceramics Limited hija fornitura ta’ prodotti għall-kmamar tal-banju, oġġetti sanitarji, ċeramika, madum u oġġetti oħra relatati fuq livell ta’ bejgħ bl-ingrossa. Din tinsab fil-proċess li ttemm l-attività kummerċjali tagħha.
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jistieden lil terzi interessati sabiex jissottomettu l-oġġezzjonijiet tagħhom bil-miktub dwar din il-konċentrazzjoni notifikata fi żmien sebat ijiem mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’dan l-indirizz:
L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni
Mizzi House
Triq Nazzjonali
Il-Blata l-Bajda, HMR 9010
Malta