Skont ir-regolament 5(4) tar-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Konċentrazzjonijiet, 2002 ippubblikati fl-Avviż Legali 294 tal-2002, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jinnotifika għal informazzjoni ġenerali li ġiet ippreżentata notifika ta’ konċentrazzjoni bejn Quazar u s-sussidjarji tagħha (Birkirkara), u Moore (Birkirkara) u Moore CSP(Birkirkara) nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru 2026.
In-natura tal-konċentrazzjoni hija merġer bejn Quazar, Moore, u Moore CSP Ltd.
Quazar u Quazar Corporate Limited huma ditti li jipprovdu servizzi tal-kontabilità, l-awditjar u servizzi professjonali, awtorizzati mill-Bord ta’ l-Akkawtanti u l-MFSA bħala Fornituri ta’ Servizz lil-Kumpaniji skont l-Att dwar Provdituri ta’ Servizz lill-Kumpaniji (Kap. 529). Quazar Consult Limited tipprovdi servizzi ta’ residenza u immigrazzjoni u hija rreġistrata ma’ Residency Malta.
Moore u Moore CSP Ltd huma ditti tal-kontabilità, l-awditjar u servizzi professjonali, awtorizzati mill-Bord ta’ l-Akkawtanti u l-MFSA bħala Fornituri ta’ Servizz lil-Kumpaniji skont l-Att dwar Provdituri ta’ Servizz lill-Kumpaniji (Kap. 529).
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jistieden lil terzi interessati sabiex jissottomettu l-oġġezzjonijiet tagħhom bil-miktub dwar din il-konċentrazzjoni notifikata fi żmien sebat ijiem mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’dan l-indirizz:
L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni
Mizzi House
Triq Nazzjonali
Il-Blata l-Bajda, HMR 9010
Malta