Din id‑Direttiva testendi ċerti dispożizzjonijiet tad‑Direttiva 2011/83/UE dwar id‑drittijiet tal‑konsumaturi, inklużi dawk applikabbli għall‑kuntratti konklużi mill‑bogħod, fosthom kuntratti ta’ servizzi finanzjarji. Skont ir‑regoli l‑ġodda, in‑negozjanti kollha li joperaw online, u mhux biss il‑fornituri ta’ servizzi finanzjarji online, għandhom jipprovdu funzjoni ta’ rtirar mill‑kuntratt online li tkun ċara, faċli għall‑użu u aċċessibbli. Din il‑funzjoni għandha tippermetti lill‑konsumaturi jissottomettu dikjarazzjoni ta’ rtirar mill‑kuntratt u jinnotifikaw lin‑negozjant bid‑deċiżjoni tagħhom. Id‑dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mid‑19 ta’ Ġunju 2026.
Direttiva (UE) 2024/1799 dwar regoli komuni li jippromwovu t‑tiswija ta’ oġġetti
Id‑Direttiva dwar il‑promozzjoni tat‑tiswija tal‑oġġetti, adottata f’Ġunju 2024 u applikabbli minn Lulju 2026, għandha l‑għan li tinkoraġġixxi lill‑konsumaturi isewwu u jerġgħu jużaw oġġetti minflok ma jissostitwuhom, b’appoġġ għall‑objettivi ta’ sostenibbiltà tal‑Unjoni Ewropea skont il‑Patt Aħdar Ewropew.
Id‑Direttiva tobbliga lill‑manifatturi ta’ ċerti oġġetti joffru servizzi ta’ tiswija, jipprovdu partijiet ta’ sostituzzjoni bi prezzijiet raġonevoli, u jevitaw prattiċi li jxekklu jew jimblokkaw it‑tiswija. Tintroduċi wkoll miżuri biex tissaħħaħ it‑trasparenza fir‑rigward tas‑servizzi ta’ tiswija, tistabbilixxi pjattaforma Ewropea biex tgħin lill‑konsumaturi jsibu fornitur ta’ tiswija, testendi l‑garanzija legali wara tiswija, u tinkoraġġixxi lill‑Istati Membri jippromwovu t‑tiswija permezz ta’ inċentivi jew kampanji ta’ sensibilizzazzjoni.
Direttiva (UE) 2024/825 dwar it‑tisħiħ tas‑setgħat tal‑konsumaturi għat‑tranżizzjoni ekoloġika
Din id‑Direttiva għandha l‑għan li tgħin lill‑konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati u sostenibbli, billi jiġu żgurati informazzjoni aktar ċara u affidabbli dwar id‑durabilità, ir‑riparabbiltà u d‑drittijiet marbuta mal‑garanzija legali tal‑prodotti.
Ir‑regoli jipprojbixxu pretensjonijiet ambjentali qarrieqa (greenwashing), tikketti ta’ sostenibbiltà mhux affidabbli, kif ukoll prattiki kummerċjali inġusti, fosthom il‑promozzjoni ta’ obsolexxenza prematura. B’mod ġenerali, id‑Direttiva ssaħħaħ il‑livell ta’ protezzjoni tal‑konsumatur u tappoġġja t‑tranżizzjoni ekoloġika, bl‑Istati Membri meħtieġa japplikaw dawn id‑dispożizzjonijiet minn Settembru 2026.
Direttiva (UE) 2023/2225 dwar il‑kuntratti ta’ kreditu
Fl‑20 ta’ Novembru 2026, id‑Direttiva l‑ġdida dwar il‑kreditu lill‑konsumaturi se tissostitwixxi r‑regoli tal‑2008 u ssaħħaħ il‑protezzjoni tal‑konsumatur. Il‑qafas il‑ġdid jiżgura li l‑kredituri jipprovdu informazzjoni ċara u kompleta dwar l‑ispiża totali tal‑kreditu u jwettqu valutazzjoni xierqa tal‑kapaċità ta’ rimborż tal‑konsumatur qabel l‑għoti tal‑kreditu.
Id‑Direttiva testendi wkoll il‑kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal tipi addizzjonali ta’ kreditu, inklużi self ta’ ammonti żgħar u arranġamenti ta’ “ixtri issa u ħallas aktar tard”, bil‑għan li l‑konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta’ self infurmati u aktar sikuri.