It-Tribunal jista’ jisma’ talbiet relatati mal-kiri jew ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi jekk il-valur tat-talba għal kumpens ma jaqbiżx is-somma ta’ għaxart elef ewro (€10,000). Jekk il-valur tat-talba jaqbeż €10,000, min iressaq it-talba jista’ jsegwi l-każ quddiem it-Tribunal biss jekk jiddikjara li qed jabbanduna l-parti tat-talba li taqbeż is-€10,000.
Għalkemm normalment ikunu l-konsumaturi li jressqu talbiet quddiem it-Tribunal, it-Tribunal jista’ wkoll jisma’ u jiddeċiedi dwar:
Qabel ma tressaq it-talba tiegħek quddiem it-Tribunal, għandek tirreferi t-talba lid-Direttur Ġenerali jew lil assoċjazzjoni tal-konsumaturi rreġistrata, li jippruvaw jgħinuk tilħaq ftehim amikevoli mal-parti l-oħra dwar il-kwistjonijiet kollha fil-kontroversja. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim amikevoli u tiddeċiedi li tkompli bl-ilment tiegħek, tista’ mbagħad tressaq it-talba quddiem it-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur, li jiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet kollha pendenti.
Il-ħlas ta’ dawn il-miżati jista’ jsir direttament fir-Reġistru tat-Tribunal meta tiġi ppreżentata n-Notifika tat-Talba, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00 am u nofsinhar. Ma jsir l-ebda ħlas barra dawn is-sigħat.
Meta n-Notifika tat-Talba tintbagħat bil-posta reġistrata, il-ħlas tal-miżata applikabbli għandu jsir b’ċekk indirizzat lit-Tribunal għal Talbiett al-Konsumatur. Skont id-Direttiva Nru 19 tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, ċekkijiet ta’ valur inqas minn €20 ma jistgħux jiġu kaxxati.