Skont ir-regolament 5(4) tar-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Konċentrazzjonijiet, 2002 ippubblikati fl-Avviż Legali 294 tal-2002, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jinnotifika għal informazzjoni ġenerali li ġiet ippreżentata notifika ta’ konċentrazzjoni bejn JJMP Pharmaceuticals Ltd (In-Naxxar, Malta) and Mint Health Limited (In-Naxxar, Malta) ġiet ippreżentata nhar it-Tlieta, 17 ta’ Novembru 2026.
In-natura tal-konċentrazzjoni hija li tiġi stabbilita joint venture b’funzjoni sħiħa (‘NewCo’) bejn JJMP Pharmaceuticals Ltd (‘JJMP’) u Mint Health Limited (‘Mint’), fejn JJMP ser tittrasferixxi l-ishma kollha li għandha fis-sussidjarja tagħha, Metropolis Pharmaceuticals Limited (‘Metropolis’), f’ NewCo.
JJMP, permezz tas-sussidjarja tagħha Metropolis, kif ukoll Mint, jirrappreżentaw u jqassmu numru ta’ ditti ta’ prodotti farmaċewtiċi, supplimenti tal-ikel, tagħmir mediku, prodotti tal-laboratorju, dermo-kożmetiċi, kożmetiċi u prodotti għall-benessri, fis-settur tal-kura tas-saħħa u bejgħ bl-imnut f’Malta. Mint hija nvoluta wkoll fl-importazzjoni u d-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ ditti u prodotti speċifiċi fil-qasam farmaċewtiku u tal-kura tas-saħħa f’Malta.
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jistieden lil terzi interessati sabiex jissottomettu l-oġġezzjonijiet tagħhom bil-miktub dwar din il-konċentrazzjoni notifikata fi żmien sebat ijiem mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’dan l-indirizz:
L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni
Mizzi House
Triq Nazzjonali
Il-Blata l-Bajda, HMR 9010
Malta