MCCAA Logo
  • MCCAA
  • Blata l-Bajda
  • Head Office
  • +356 2395 2000
  • Consumer Helpline
  • +356 8007 4400
  • Home
  • About Us
    • About the MCCAA
    • Quality Policy
  • Entities
    • Office for Competition
    • Office for Consumer Affairs
    • Technical Regulations Division
    • Standards and Metrology Institute
  • Communication
    • News
    • Events
    • Publications
    • Consultation
    • Procurement
  • Vacancies
  • Tribunal
  • ECC
CONTACT US
MCCAA
  • Home
  • About Us
    • About the MCCAA
    • Quality Policy
  • Entities
    • Office for Competition
    • Office for Consumer Affairs
    • Technical Regulations Division
    • Standards and Metrology Institute
  • Communication
    • News
    • Events
    • Publications
    • Consultation
    • Procurement
  • Vacancies
  • Tribunal
  • ECC
news
Last updated on 19 Feb, 2021

Żjara uffiċjali mill-Ministru għat-Turiżmu u għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, Clayton Bartolo

 

Matul l-2020, l-MCCAA indirizzat madwar 12,000 talba għall-għajnuna mill-konsumaturi Maltin u Għawdxin. Apparti minn hekk, l-Awtorità rreġistrat aktar minn 1,000 lift ġdid u wettqet madwar 780 spezzjoni relatati mas-sigurtà tal-prodotti. 

Dan kollu ġie żvelat waqt żjara uffiċjali li saret fl-MCCAA mill-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista u ċ-Chairperson tal-MCCAA, l-Inġinier Helga Pizzuto. 

F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Ministru Clayton Bartolo saħaq dwar kif dawn ir-riżultati huma prova ċara tas-suċċess ta’ din l-awtorità għall-mod kif ħadet ħsieb li tilqa’ l-ilmenti tal-konsumaturi f’perjodu ta’ pandemija. 

“Ix-xogħol li twettaq l-MCCAA huwa għal qalbi ħafna minħabba l-impatt dirett li għandu fuq kull wieħed u waħda minna fil-ħajja ta’ kuljum. Dan il-gvern huwa kommess u mpenjat sabiex jara li r-riżorsi neċessarji għal din l-awtorità jkunu disponibbli għaliha biex inkompli ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi”, kompla jgħid il-Ministru Clayton Bartolo. 

Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista qal li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur kienet katalista biex tixpruna s-sigurtà tal-prodotti fis-suq u li l-prodotti u s-servizzi li jingħataw lill-konsumatur ikunu ta’ standard għoli. 

Huwa spjega kif it-trasformazzjoni tal-istess Awtorità hija msejsa fuq ir-riċerka u l-evidenza xjentifika, il-governanza tajba, l-fiduċja, l-infurzar tal-liġi effettiv, is-sostennibbiltà u l-innovazzjoni sabiex l-konsumatur u l-bniedem ikun fiċ-ċentru tal-ħidma tagħha.

Min-naħa tagħha, iċ-Chairperson tal-Awtorità Helga Pizzuto tkellmet dwar kif huma qegħdin jgħarfu li kull ma jmur it-talbiet tal-konsumatur dejjem qed jinbidlu, u għalhekk is-servizzi tal-awtorità qed jiġu kontinwament mġedda sabiex jilħqu l-bżonnijiet u l-aspettiviti tal-imsieħba kollha. B’hekk ikollna ekonomija bi swieqi li jaħdmu tajjeb bil-konsumatur fiċ-ċentru tal-ħidma li ssir.

Recent News

right
Update | Plant Protection Products
11 Jun, 2025
right
Office for Competition | Decision
10 Jun, 2025
right
Notification of Concentration
06 Jun, 2025
right
Update | Development of Standards
06 Jun, 2025
right
Update | Trust You Scheme
04 Jun, 2025

Visit us

Mizzi House, National Road, BLATA L-BAJDA, Malta
Opening Hours: Monday to Friday between 8.00am and 12.00pm

Bank Details

Bank name:
Bank of Valletta
IBAN Number:
MT14VALL22013000000040019986609
Swift code:
VALLMTMT

Contact Us

Full Name *
Subject *
Case Type *
Email *
Your Message *
  I consent to having MCCAA store my submitted information so they can respond to my enquiry. For more information about how we process your personal data, please see our privacy policy.
© 2018 MALTA COMPETITION AND CONSUMER AFFAIRS AUTHORITY. ALL RIGHTS RESERVED
WEB DESIGN: BRANDEXPODESIGN
Terms of use | Privacy Policy | Cookie Policy | Freedom of Information | Accessibility Statement | Data Protection Policy
  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn

Subscribe to our Newsletter

We shall process your personal data in accordingly with our Data Protection Policy. You have the right to unsubscribe from our list by clicking here, following which your email address will be permanently deleted from our database.