{"id":6802,"date":"2026-09-17T07:01:00","date_gmt":"2026-09-17T05:01:00","guid":{"rendered":"https:\/\/mccaa.org.mt\/?p=6802"},"modified":"2026-09-17T07:01:02","modified_gmt":"2026-09-17T05:01:02","slug":"tigdid-tal-iskema-trust-you-ghan-negozji","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/tigdid-tal-iskema-trust-you-ghan-negozji\/","title":{"rendered":"Ti\u0121did tal-iskema \u2018Trust You\u2019 g\u0127an-negozji"},"content":{"rendered":"\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-Ministru g\u0127all-Fondi Ewropej, id-Djalogu So\u010bjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Keith Azzopardi Tanti, flimkien ma\u010b-Chairperson tal-Awtorit\u00e0 ta\u2019 Malta g\u0127all-Kompetizzjoni u g\u0127all-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), Carmen Ciantar u l-Kap E\u017cekuttiv tas-Servizzi Ewropej f\u2019Malta (SEM), Rodrick Zerafa, \u0127abbru t-ti\u0121did tal-iskema \u2018Trust You\u2019, permezz ta\u2019 qafas \u0121did ma\u0127sub biex jag\u0127ti aktar valur lill-marka, isa\u0127\u0127a\u0127 il-fidu\u010bja tal-konsumaturi u jirrikonoxxi lil dawk in-negozji li jag\u0127mlu impenn konkret favur prattiki tajbin u responsabbli.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-qafas il-\u0121did ta\u2019 din l-iskema ji\u0121bor flimkien tliet oqsma importanti fil-\u0127idma tal-MCCAA: il-\u0127arsien tal-konsumatur, is-sigurt\u00e0 u l-konformit\u00e0 tal-prodotti, kif ukoll il-metrolo\u0121ija legali, ji\u0121ifieri l-e\u017cattezza tal-kejl li jintu\u017ca fil-kummer\u010b.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">L-iskema m\u0121edda tmur lil hinn minn sempli\u010bi marka li negozju jesponi mal-bieb tieg\u0127u. \u2018Trust You\u2019 qed ti\u0121i \u017cviluppata b\u0127ala sistema progressiva bi tliet livelli \u2013 Bron\u017c \u2013 Impenn, Fidda \u2013 Garanzija, u Deheb \u2013 \u010aertifikazzjoni \u2013 li permezz tag\u0127hom in-negozji jkunu jistg\u0127u juru livelli dejjem og\u0127la ta\u2019 impenn u konformit\u00e0. L-ewwel fa\u017ci tibda bil-livell Bron\u017c, bin-negozji jkunu jistg\u0127u javvanzaw minn livell g\u0127all-ie\u0127or skont il-progress li jag\u0127mlu.<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image size-large\"><img fetchpriority=\"high\" decoding=\"async\" width=\"1024\" height=\"710\" src=\"https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Minister-1-1024x710.jpeg\" alt=\"\" class=\"wp-image-6804\" srcset=\"https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Minister-1-1024x710.jpeg 1024w, https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Minister-1-300x208.jpeg 300w, https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Minister-1-768x533.jpeg 768w, https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Minister-1-1536x1066.jpeg 1536w, https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Minister-1.jpeg 1600w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/figure>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-Ministru Keith Azzopardi Tanti sa\u0127aq fuq kif skema b\u0127al din turi li l-weg\u0127diet tal-Gvern qed iwassluhom fil-prattika, u qal ukoll li b\u2019din l-inizjattiva qed jag\u0127tu aktar ser\u0127an il-mo\u0127\u0127 lill-konsumatur, u fl-istess waqt qed jirrikonoxxu lil dawk in-negozji li j\u017commu l-konformit\u00e0, joperaw b\u2019mod responsabbli, u jpo\u0121\u0121u l-klijent fi\u010b-\u010bentru tal-\u0127idma tag\u0127hom.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\"><\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image size-large\"><img decoding=\"async\" width=\"1024\" height=\"710\" src=\"https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Carmen-Ciantar-1-1024x710.jpeg\" alt=\"\" class=\"wp-image-6805\" srcset=\"https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Carmen-Ciantar-1-1024x710.jpeg 1024w, https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Carmen-Ciantar-1-300x208.jpeg 300w, https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Carmen-Ciantar-1-768x533.jpeg 768w, https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Carmen-Ciantar-1-1536x1066.jpeg 1536w, https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Carmen-Ciantar-1.jpeg 1600w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/figure>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">I\u010b-Chairperson tal-MCCAA, Carmen Ciantar qalet li \u201cb\u0127ala Awtorit\u00e0, qed nibag\u0127tu messa\u0121\u0121 \u010bar li r-rwol tag\u0127na mhuwiex biss wie\u0127ed ta\u2019 infurzar. L-infurzar jibqa\u2019 parti essenzjali mir-responsabbiltajiet tag\u0127na, i\u017cda regolatur modern g\u0127andu wkoll jeduka, jiggwida, i\u0127e\u0121\u0121e\u0121 il-konformit\u00e0 u jirrikonoxxi prattika tajba.\u201d<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\"><\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image size-large\"><img decoding=\"async\" width=\"1024\" height=\"710\" src=\"https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Roderick-Zerafa-1-1024x710.jpeg\" alt=\"\" class=\"wp-image-6806\" srcset=\"https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Roderick-Zerafa-1-1024x710.jpeg 1024w, https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Roderick-Zerafa-1-300x208.jpeg 300w, https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Roderick-Zerafa-1-768x533.jpeg 768w, https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Roderick-Zerafa-1-1536x1066.jpeg 1536w, https:\/\/mccaa.org.mt\/wp-content\/uploads\/2026\/09\/Trust-You-DOI-Roderick-Zerafa-1.jpeg 1600w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/figure>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-Kap E\u017cekuttiv tas-SEM, Rodrick Zerafa qal, \u201cIt-tnedija mill-\u0121did tal-iskema \u2018Trust You\u2019 hija opportunit\u00e0 biex inkomplu n\u0127e\u0121\u0121u aktar intrapri\u017ci Maltin u G\u0127awdxin jg\u0127ollu l-istandards tag\u0127hom u jsa\u0127\u0127u l-fidu\u010bja tal-konsumaturi.\u201d Huwa g\u0127amel referenza wkoll g\u0127all-iskema Standards and Awards for SMEs, u spjega li intrapri\u017ci eli\u0121ibbli jistg\u0127u jibbenefikaw minn fondi Ewropej biex ikopru parti mill-ispejje\u017c ta\u2019 konsulenza u servizzi ta\u2019 pariri professjonali me\u0127tie\u0121a biex jiksbu standard jew award rikonoxxut. \u201cSEM toffri assistenza bla \u0127las lill-intrapri\u017ci biex jifhmu l-opportunitajiet disponibbli, jivverifikaw l-eli\u0121ibbilt\u00e0 tag\u0127hom u ji\u0121u ggwidati matul il-pro\u010bess tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni,\u201d temm jg\u0127id Zerafa.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">L-MCCAA se tkun qed tintrodu\u010bi ta\u0127ri\u0121 g\u0127all-\u0127addiema li jkollhom kuntatt dirett mal-konsumaturi, flimkien ma\u2019 monitora\u0121\u0121 biex l-iskema tibqa\u2019 marbuta ma\u2019 impenn konkret u kontinwu. It-trasparenza se tkun element ie\u0127or importanti tal-iskema m\u0121edda. In-negozji parte\u010bipanti se jkunu elenkati f\u2019re\u0121istru pubbliku, filwaqt li l-istiker Trust You se tinkludi QR code marbut direttament ma\u2019 dan ir-re\u0121istru. B\u2019hekk, il-konsumaturi jkunu jistg\u0127u jivverifikaw l-istatus tan-negozju parte\u010bipanti b\u2019mod fa\u010bli u dirett.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">In-negozji parte\u010bipanti se jing\u0127ataw il-marka tal-livell miksub u \u010bertifikat, kif ukoll se jidhru f\u2019re\u0121istru pubbliku u se jkollhom il-possibbilt\u00e0 li ju\u017caw il-marka Trust You fil-komunikazzjoni u r-reklamar tag\u0127hom. G\u0127an-negozji li di\u0121\u00e0 huma membri ta\u2019 Trust You, se jkun hemm perjodu ta\u2019 tran\u017cizzjoni ta\u2019 12-il xahar, sabiex jing\u0127ataw i\u017c-\u017cmien me\u0127tie\u0121 biex jallinjaw ru\u0127hom mar-rekwi\u017citi tal-iskema m\u0121edda u jlestu t-ta\u0127ri\u0121 me\u0127tie\u0121.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">It-ti\u0121did ta\u2019 \u2018Trust You\u2019 huwa wkoll parti minn sensiela ta\u2019 mi\u017curi elettorali li qed jitwettqu mill-Gvern matul l-ewwel 100 jum, bil-g\u0127an li jissa\u0127\u0127a\u0127 il-\u0127arsien tal-konsumatur filwaqt li jing\u0127ata aktar appo\u0121\u0121 lin-negozji biex joperaw b\u2019mod konformi u responsabbli. Fil-fatt, \u2018Trust You\u2019 qed issegwi t-tnedija ta\u2019 ImportaMT il-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet \u2013 servizz \u0121did li permezz tieg\u0127u l-importaturi jistg\u0127u jivverifikaw il-konformit\u00e0 tal-prodotti tag\u0127hom qabel ma dawn ji\u0121u importati f\u2019Malta. \u017bew\u0121 inizjattivi differenti, i\u017cda b\u2019g\u0127an komuni: aktar \u010bertezza g\u0127an-negozji u aktar ser\u0127an il-mo\u0127\u0127 g\u0127all-konsumaturi.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Ministru g\u0127all-Fondi Ewropej, id-Djalogu So\u010bjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Keith Azzopardi Tanti, flimkien ma\u010b-Chairperson tal-Awtorit\u00e0 ta\u2019 Malta g\u0127all-Kompetizzjoni u g\u0127all-Affarijiet tal-Konsumatur&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":6,"featured_media":6803,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_acf_changed":false,"footnotes":""},"categories":[90],"tags":[],"class_list":["post-6802","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-ahbarijiet"],"acf":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6802","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/6"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6802"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6802\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6807,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6802\/revisions\/6807"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6803"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6802"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6802"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6802"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}