{"id":5908,"date":"2026-06-17T05:17:13","date_gmt":"2026-06-17T03:17:13","guid":{"rendered":"https:\/\/mccaa.org.mt\/l-mccaa-tniedi-l-11-il-edizzjoni-ta-premju-servizz-bi-tbissima\/"},"modified":"2026-07-30T14:08:47","modified_gmt":"2026-07-30T12:08:47","slug":"l-mccaa-tniedi-l-11-il-edizzjoni-ta-premju-servizz-bi-tbissima","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/l-mccaa-tniedi-l-11-il-edizzjoni-ta-premju-servizz-bi-tbissima\/","title":{"rendered":"L-MCCAA tniedi l-11-il edizzjoni ta\u2019 Premju Servizz bi Tbissima"},"content":{"rendered":"\n<p class=\"wp-block-paragraph\">L-Awtorit\u00e0 ta\u2019 Malta g\u0127all-Kompetizzjoni u g\u0127all-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) nediet uffi\u010bjalment il-\u0127dax-il edizzjoni ta\u2019 <em>Premju Servizz bi Tbissima<\/em>, inizjattiva annwali li tag\u0127raf u tippremja n-negozji li joffru livell e\u010b\u010bellenti ta\u2019 kura lill-klijenti u servizz ta\u2019 wara l-bejg\u0127 ta\u2019 kwalit\u00e0 g\u0127olja.<\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Waqt it-tnedija, \u010b-Chairperson E\u017cekuttiv tal-MCCAA, Carmen Ciantar, qalet li l-Awtorit\u00e0 ta\u0127dem kontinwament biex t\u0127ares id-drittijiet tal-konsumaturi u ssa\u0127\u0127a\u0127 il-fidu\u010bja fis-suq, i\u017cda fl-istess waqt temmen li huwa importanti li ji\u0121u rikonoxxuti u promossi dawk in-negozji li juru impenn lejn l-e\u010b\u010bellenza. Hija spjegat li dan il-premju g\u0127andu l-g\u0127an li ji\u010b\u010belebra n-negozji li jag\u0127mlu l-pass \u017cejjed biex joffru servizz ta\u2019 kwalit\u00e0 g\u0127olja u jqieg\u0127du lill-konsumatur fil-qalba tal-\u0127idma tag\u0127hom. <\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Permezz ta\u2019 din l-inizjattiva, il-MCCAA tkompli t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 standards g\u0127oljin fil-kura tal-klijent u tippromwovi prattiki kummer\u010bjali responsabbli li jsa\u0127\u0127u l-fidu\u010bja tal-konsumaturi u jikkontribwixxu g\u0127al suq aktar \u0121ust, trasparenti u ffukat fuq il-\u0127ti\u0121ijiet tag\u0127hom.<\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-konsumaturi huma mistiedna jivvutaw g\u0127an-negozji li pprovdewhom b\u2019servizz e\u010b\u010bezzjonali f\u2019sitt kategoriji:<\/p>\n\n<ul class=\"wp-block-list\">\n<li>Moda u Sbu\u0127ija<\/li>\n\n\n\n<li>Supermarkets u Mini Markets<\/li>\n\n\n\n<li>O\u0121\u0121etti Elettroni\u010bi u tad-Dar<\/li>\n\n\n\n<li>Bejjieg\u0127a Lokali Online<\/li>\n\n\n\n<li>Servizzi tal-Ivvja\u0121\u0121ar<\/li>\n\n\n\n<li>\u0126wienet tal-Annimali u tal-Pjanti<\/li>\n<\/ul>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-votazzjoni hija miftu\u0127a mis-16 ta\u2019 \u0120unju sal-14 ta\u2019 Lulju 2026 u tista\u2019 ssir online permezz tas-sit elettroniku tal-kompetizzjoni. Il-konsumaturi jistg\u0127u jivvutaw g\u0127al aktar minn negozju wie\u0127ed, i\u017cda huwa permess vot wie\u0127ed biss g\u0127al kull bejjieg\u0127 f\u2019kull kategorija. <\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-votazzjoni hija miftu\u0127a mis-16 ta\u2019 \u0120unju sal-14 ta\u2019 Lulju 2026 u tista\u2019 ssir online permezz tas-sit elettroniku tal-kompetizzjoni. Il-konsumaturi jistg\u0127u jivvutaw g\u0127al aktar minn negozju wie\u0127ed, i\u017cda huwa permess vot wie\u0127ed biss g\u0127al kull bejjieg\u0127 f\u2019kull kategorija.<\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Wara li tag\u0127laq il-votazzjoni, n-negozji li jiksbu l-og\u0127la punte\u0121\u0121 f\u2019kull kategorija jg\u0127addu minn pro\u010bess ta\u2019 verifika sabiex ji\u0121i \u017cgurat li jkunu konformi mal-Kodi\u010bi ta\u2019 Kondotta ta\u2019 Premju, li jippromwovi t-trasparenza, servizz tajjeb lill-konsumatur, prattiki kummer\u010bjali responsabbli u trattament effi\u010bjenti tal-ilmenti.<\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Ir-rebbie\u0127a jit\u0127abbru waqt \u010berimonja tal-g\u0127oti tal-premjijiet f\u2019Novembru 2026. Minbarra trofew u \u010bertifikat, ir-rebbie\u0127a jkunu intitolati ju\u017caw il-badge ta\u2019 Rebbie\u0127 <em>Servizz bi Tbissima<\/em> b\u0127ala simbolu ta\u2019 e\u010b\u010bellenza u impenn lejn servizz tal-konsumatur mill-aqwa. <\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">G\u0127al aktar informazzjoni jew biex tivvota, \u017cur <a href=\"https:\/\/servizzbitbissima.mccaa.org.mt\">servizzbitbissima.mccaa.org.mt<\/a> jew ikkuntattja lill-MCCAA fuq 2395 2000 jew <a href=\"mailto:consumer.rights@mccaa.org.mt\">consumer.rights@mccaa.org.mt<\/a>.<\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\"><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-Awtorit\u00e0 ta\u2019 Malta g\u0127all-Kompetizzjoni u g\u0127all-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) nediet uffi\u010bjalment il-\u0127dax-il edizzjoni ta\u2019 Premju Servizz bi Tbissima, inizjattiva annwali li&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":4,"featured_media":5570,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_acf_changed":false,"footnotes":""},"categories":[90],"tags":[],"class_list":["post-5908","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-ahbarijiet"],"acf":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5908","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/4"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5908"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5908\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5909,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5908\/revisions\/5909"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5570"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5908"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5908"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5908"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}