{"id":16818,"date":"2026-11-24T11:08:57","date_gmt":"2026-11-24T09:08:57","guid":{"rendered":"https:\/\/mccaa.org.mt\/?p=16818"},"modified":"2026-11-24T11:08:59","modified_gmt":"2026-11-24T09:08:59","slug":"l-mccaa-u-l-ohsa-jinghaqdu-biex-isahhu-s-sigurta-tal-prodotti-fuq-il-post-tax-xoghol","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/l-mccaa-u-l-ohsa-jinghaqdu-biex-isahhu-s-sigurta-tal-prodotti-fuq-il-post-tax-xoghol\/","title":{"rendered":"L-MCCAA u l-OHSA jing\u0127aqdu biex isa\u0127\u0127u s-sigurt\u00e0 tal-prodotti fuq il-post tax-xog\u0127ol"},"content":{"rendered":"\n<p class=\"wp-block-paragraph\">L-Awtorit\u00e0 ta\u2019 Malta g\u0127all-Kompetizzjoni u g\u0127all-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u l-Awtorit\u00e0 g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u s-Sigurt\u00e0 fuq il-Post tax-Xog\u0127ol (OHSA) sa\u0127\u0127ew il-kollaborazzjoni bejniethom biex jippromwovu s-sigurt\u00e0 tal-prodotti fuq il-post tax-xog\u0127ol permezz tal-iffirmar ta\u2019 Memorandum ta\u2019 Ftehim (MoU).<\/p>\n\n\n\n<figure class=\"wp-block-image size-large\"><img fetchpriority=\"high\" decoding=\"async\" width=\"1024\" height=\"683\" src=\"https:\/\/jjl97x.infiniteuploads.cloud\/2026\/11\/OHSA-MCCAA-1-1024x683.jpeg\" alt=\"\" class=\"wp-image-16819\" srcset=\"https:\/\/jjl97x.infiniteuploads.cloud\/2026\/11\/OHSA-MCCAA-1-1024x683.jpeg 1024w, https:\/\/jjl97x.infiniteuploads.cloud\/2026\/11\/OHSA-MCCAA-1-300x200.jpeg 300w, https:\/\/jjl97x.infiniteuploads.cloud\/2026\/11\/OHSA-MCCAA-1-768x512.jpeg 768w, https:\/\/jjl97x.infiniteuploads.cloud\/2026\/11\/OHSA-MCCAA-1-1536x1024.jpeg 1536w, https:\/\/jjl97x.infiniteuploads.cloud\/2026\/11\/OHSA-MCCAA-1-672x448.jpeg 672w, https:\/\/jjl97x.infiniteuploads.cloud\/2026\/11\/OHSA-MCCAA-1.jpeg 1600w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/figure>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Dan il-ftehim jistabbilixxi qafas g\u0127al kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn i\u017c-\u017cew\u0121 awtoritajiet, billi jiffa\u010bilita l-iskambju ta\u2019 informazzjoni, g\u0127arfien tekniku u ri\u017corsi sabiex ji\u0121u identifikati prodotti li jistg\u0127u jo\u0127olqu riskji g\u0127as-sigurt\u00e0 jew li ma jkunux konformi mar-rekwi\u017citi applikabbli tas-sigurt\u00e0 tal-prodotti.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Waqt li kkummentat dwar il-ftehim, i\u010b-Chairperson E\u017cekuttiva tal-MCCAA, Carmen Ciantar, qalet: &#8220;Kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet hija essenzjali biex ji\u0121u identifikati riskji potenzjali g\u0127as-sigurt\u00e0 b\u2019mod aktar effi\u010bjenti u biex ji\u0121i \u017cgurat li l-prodotti u\u017cati fuq il-postijiet tax-xog\u0127ol jissodisfaw l-istandards ta\u2019 sigurt\u00e0 me\u0127tie\u0121a. Din il-kollaborazzjoni se tikkontribwixxi g\u0127al ambjent tax-xog\u0127ol aktar sigur u g\u0127al protezzjoni a\u0127jar tal-\u0127addiema.&#8221;<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Min-na\u0127a tag\u0127ha, il-Kap E\u017cekuttiv tal-OHSA, Dr Josianne Cutajar, qalet: \u201cPermezz ta\u2019 dan il-ftehim, se nkunu qed na\u010b\u010bertaw li l-apparat u l-makkinarju, prodotti kimi\u010bi u bijo\u010bidi li jintu\u017caw \u0121ewwa firxa wiesa\u2019 ta\u2019 setturi &nbsp;ta\u2019 xog\u0127ol \u0121ewwa pajji\u017cna jkunu ta\u2019 livelli g\u0127oli u joffru l-inqas sfida lis-sa\u0127\u0127a tal-\u0127addiema.\u201d<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Permezz ta\u2019 din il-kooperazzjoni, uffi\u010bjali tal-OHSA se jirrappurtaw lill-MCCAA prodotti identifikati fuq il-postijiet tax-xog\u0127ol li jistg\u0127u ma jkunux konformi mal-Att dwar is-Sigurt\u00e0 tal-Prodotti (Kap. 427 tal-Li\u0121ijiet ta\u2019 Malta). Dawn jistg\u0127u jinkludu tag\u0127mir tax-xog\u0127ol u lifts tal-passi\u0121\u0121ieri li jidher li ma jissodisfawx ir-rekwi\u017citi regolatorji jew li ma jkunux irre\u0121istrati mal-MCCAA.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Min-na\u0127a tag\u0127ha, l-MCCAA se tipprovdi appo\u0121\u0121 tekniku lill-OHSA, taqsam mag\u0127ha informazzjoni rilevanti dwar is-sigurt\u00e0 tal-prodotti u l-lifts tal-passi\u0121\u0121ieri, u tiffa\u010bilita ta\u0127ri\u0121 u koordinazzjoni bejn i\u017c-\u017cew\u0121 awtoritajiet. Il-ftehim se jippermetti wkoll li \u017c-\u017cew\u0121 entitajiet jav\u017caw lil xulxin ming\u0127ajr dewmien dwar kwistjonijiet ur\u0121enti relatati mas-sigurt\u00e0 tal-prodotti li jistg\u0127u jaffettwaw lill-\u0127addiema.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Dan il-Memorandum ta\u2019 Ftehim ikompli jsa\u0127\u0127a\u0127 l-impenn ta\u017c-\u017cew\u0121 awtoritajiet li ja\u0127dmu flimkien, fi \u0127dan ir-responsabbiltajiet rispettivi tag\u0127hom, biex isa\u0127\u0127u s-sorveljanza tas-suq, itejbu l-monitora\u0121\u0121 tas-sigurt\u00e0 tal-prodotti u jikkontribwixxu g\u0127al postijiet tax-xog\u0127ol aktar sikuri madwar Malta.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-Awtorit\u00e0 ta\u2019 Malta g\u0127all-Kompetizzjoni u g\u0127all-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u l-Awtorit\u00e0 g\u0127as-Sa\u0127\u0127a u s-Sigurt\u00e0 fuq il-Post tax-Xog\u0127ol (OHSA) sa\u0127\u0127ew il-kollaborazzjoni bejniethom&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":6,"featured_media":16820,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_acf_changed":false,"footnotes":""},"categories":[90],"tags":[],"class_list":["post-16818","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-ahbarijiet"],"acf":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/16818","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/6"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=16818"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/16818\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":16821,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/16818\/revisions\/16821"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/16820"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=16818"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=16818"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=16818"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}