{"id":16768,"date":"2026-11-13T16:58:43","date_gmt":"2026-11-13T14:58:43","guid":{"rendered":"https:\/\/mccaa.org.mt\/?p=16768"},"modified":"2026-11-13T16:58:45","modified_gmt":"2026-11-13T14:58:45","slug":"l-mccaa-tiffirma-ftehim-kollettiv","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/l-mccaa-tiffirma-ftehim-kollettiv\/","title":{"rendered":"L-MCCAA tiffirma Ftehim Kollettiv"},"content":{"rendered":"\n<p class=\"wp-block-paragraph\"><strong>L-MCCAA tiffirma Ftehim Kollettiv \u0121did li se jwassal g\u0127al titjib sostanzjali fis-salarji, fil-benefi\u010b\u010bji tal-impjegati u opportunitajiet imsa\u0127\u0127a ta\u2019 \u017cvilupp professjonali<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">L-Awtorit\u00e0 ta\u2019 Malta g\u0127all-Kompetizzjoni u g\u0127all-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) iffirmat Ftehim Kollettiv \u0121did li jkopri lill-impjegati rappre\u017centati mill-General Workers\u2019 Union (GWU) u l-U\u0126M \u2013 Voice of the Workers.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-Ftehim, li jkopri l-perjodu 2026\u20132030, jirrappre\u017centa investiment sinifikanti fil-forza tax-xog\u0127ol tal-Awtorit\u00e0, billi jintrodu\u010bi titjib sostanzjali fil-pagi, ir-rikonoxximent professjonali, l-arran\u0121amenti tax-xog\u0127ol u l-benesseri tal-impjegati.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">G\u0127all-iffirmar tal-Ftehim kienu pre\u017centi l-Ministru g\u0127all-Fondi Ewropej, id-Djalogu So\u010bjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Keith Azzopardi Tanti, is-Segretarju Permanenti responsabbli mill-People &amp; Standards fi \u0127dan l-Uffi\u010b\u010bju tal-Prim Ministru Joyce Cassar, is-Segretarju Permanenti fi \u0127dan il-Ministeru Jonathan Vassallo, i\u010b-Chairperson E\u017cekuttiva tal-MCCAA Carmen Ciantar, rappre\u017centanti tal-General Workers\u2019 Union (GWU) u tal-U\u0126M \u2013 Voice of the Workers, uffi\u010bjali mit-Taqsima g\u0127ar-Relazzjonijiet Industrijali (IRU), kif ukoll membri tat-tmexxija g\u0127olja tal-Awtorit\u00e0.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Wa\u0127da mill-aktar karatteristi\u010bi importanti tal-Ftehim Kollettiv il-\u0121did hija t-titjib sostanzjali fil-pakketti ta\u2019 remunerazzjoni tal-impjegati. Dan jipprevedi a\u0121\u0121ustament immedjat fis-salarji fl-2026, segwit minn \u017cidiet annwali ta\u2019 3.5% fl-iskali ba\u017ci\u010bi tas-salarji sal-2030. Il-Ftehim jintrodu\u010bi wkoll qafas aktar strutturat u ekwu g\u0127all-allowances, inklu\u017c Allowance \u0121dida tal-MCCAA applikabbli g\u0127all-gradi kollha, flimkien ma\u2019 titjib f\u2019allowances o\u0127ra rilevanti, biex ji\u0121i \u017cgurat rikonoxximent a\u0127jar tar-responsabbiltajiet u l-kontribut professjonali tal-impjegati.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Enfasi partikolari tqieg\u0127det fuq ir-rikonoxximent tal-kwalifiki akkademi\u010bi u l-kompetenzi professjonali permezz ta\u2019 titjib fl-Allowance tal-Kwalifiki. Din issa se tkun disponibbli wkoll g\u0127al impjegati li g\u0127andhom kwalifiki ta\u2019 Livell 7 tal-Malta Qualifications Framework (MQF) jew og\u0127la, irrispettivament minn jekk dawn il-kwalifiki kinux me\u0127tie\u0121a g\u0127all-\u0127atra tag\u0127hom.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-Ftehim jintrodu\u010bi wkoll arran\u0121amenti tax-xog\u0127ol aktar flessibbli, b\u2019\u0127inijiet alternattivi tax-xog\u0127ol u sig\u0127at ewlenin tax-xog\u0127ol definiti b\u2019mod \u010bar, flimkien ma\u2019 dispo\u017cizzjonijiet imtejba tal-leave biex jappo\u0121\u0121jaw bilan\u010b aktar b\u2019sa\u0127\u0127tu bejn il-\u0127ajja personali u dik professjonali.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">L-i\u017cvilupp professjonali jibqa\u2019 prijorit\u00e0 ewlenija o\u0127ra. L-impjegati se jibbenefikaw minn intitolamenti aktar favorevoli g\u0127all-istudy leave, aktar appo\u0121\u0121 g\u0127all-I\u017cvilupp Professjonali Kontinwu (CPD) u opportunitajiet usa\u2019 biex ikomplu ji\u017cviluppaw il-\u0127iliet u l-kwalifiki tag\u0127hom.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Barra minn hekk, il-Ftehim isa\u0127\u0127a\u0127 il-mi\u017curi favur il-familja u l-appo\u0121\u0121 g\u0127all-impjegati permezz ta\u2019 dispo\u017cizzjonijiet imtejba tal-leave, inklu\u017ci arran\u0121amenti aktar favorevoli relatati mar-responsabbiltajiet tal-\u0121enituri, il-leave g\u0127all-kura ta\u2019 persuni dipendenti, il-luttu u tal-korriment tat-tqala. Mi\u017cura \u0121dida ta\u2019 solidarjet\u00e0 tippermetti wkoll lill-impjegati jag\u0127tu volontarjament sa 100 sieg\u0127a mil-leave annwali tag\u0127hom lil kollegi li jkunu qed jiffa\u010b\u010bjaw mard serju, sabiex jing\u0127ata appo\u0121\u0121 konkret fi \u017cminijiet partikolarment diffi\u010bli.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-Ministru Keith Azzopardi Tanti sa\u0127aq kif dan il-ftehim juri kif id-djalogu so\u010bjali jwassal g\u0127al titjib konkret fil-\u0127ajja tal-\u0127addiema. \u201cIrridu li l-\u0127addiema jkollhom l-appo\u0121\u0121 me\u0127tie\u0121 biex ikomplu j\u0127arsu lill-konsumaturi u jsa\u0127\u0127u l-kompetizzjoni \u0121usta, filwaqt li jgawdu kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol li jirrispettaw il-\u0127ti\u0121ijiet tag\u0127hom, g\u0127alhekk il-Gvern qed ikompli jinvesti fis-Servizz Pubbliku, anke f\u2019mumenti fejn pajji\u017ci o\u0127ra qed inaqqsu dan l-investiment, il-Gvern Malti baqa\u2019 kommess li jinvesti f\u2019dawn il-\u0127addiema,\u201d \u017cied jg\u0127id il-Ministru.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">I\u010b-Chairperson E\u017cekuttiva tal-MCCAA, Carmen Ciantar, qalet li dan il-Ftehim Kollettiv jirrifletti l-impenn tal-Awtorit\u00e0 li tirrikonoxxi u tinvesti fl-impjegati tag\u0127ha, li d-dedikazzjoni, l-g\u0127arfien u l-professjonalit\u00e0 tag\u0127hom huma fundamentali g\u0127at-twettiq effettiv tal-mandat tal-Awtorit\u00e0. \u017biedet ukoll li kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol a\u0127jar, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-kompetenzi, kif ukoll opportunitajiet g\u0127all-i\u017cvilupp professjonali huma essenzjali biex tin\u017camm forza tax-xog\u0127ol motivata u kompetenti. Sa\u0127qet li l-investiment fl-impjegati jsa\u0127\u0127a\u0127 il-kapa\u010bit\u00e0 tal-Awtorit\u00e0 li tirrispondi g\u0127all-\u0127ti\u0121ijiet li dejjem qed jevolvu tal-konsumaturi u n-negozji.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">L-iffirmar ta\u2019 dan il-Ftehim Kollettiv jimmarka pass importanti g\u0127all-MCCAA, u jafferma mill-\u0121did l-impenn tag\u0127ha lejn l-impjegati tag\u0127ha, filwaqt li jkompli jsa\u0127\u0127a\u0127 il-kapa\u010bit\u00e0 tag\u0127ha li twettaq ir-responsabbiltajiet regolatorji tag\u0127ha, tippromwovi l-kompetizzjoni \u0121usta u t\u0127ares lill-konsumaturi.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-MCCAA tiffirma Ftehim Kollettiv \u0121did li se jwassal g\u0127al titjib sostanzjali fis-salarji, fil-benefi\u010b\u010bji tal-impjegati u opportunitajiet imsa\u0127\u0127a ta\u2019 \u017cvilupp professjonali&#8230;<\/p>\n","protected":false},"author":6,"featured_media":16769,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_acf_changed":false,"footnotes":""},"categories":[90],"tags":[],"class_list":["post-16768","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-ahbarijiet"],"acf":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/16768","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/6"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=16768"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/16768\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":16770,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/16768\/revisions\/16770"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/16769"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=16768"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=16768"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/mccaa.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=16768"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}