MCCAA Logo
  • MCCAA
  • Blata l-Bajda
  • Head Office
  • +356 2395 2000
  • Consumer Helpline
  • +356 8007 4400
  • Home
  • About Us
    • About the MCCAA
    • Quality Policy
  • Entities
    • Office for Competition
    • Office for Consumer Affairs
    • Technical Regulations Division
    • Standards and Metrology Institute
  • Communication
    • News
    • Events
    • Publications
    • Consultation
    • Procurement
  • Vacancies
  • Tribunal
  • ECC
CONTACT US
MCCAA
  • Home
  • About Us
    • About the MCCAA
    • Quality Policy
  • Entities
    • Office for Competition
    • Office for Consumer Affairs
    • Technical Regulations Division
    • Standards and Metrology Institute
  • Communication
    • News
    • Events
    • Publications
    • Consultation
    • Procurement
  • Vacancies
  • Tribunal
  • ECC
event

Premju Servizz bi Tbissima 2023

Event Date 30 Nov, 2023

 

Imħabbra r-rebbieħa ta’ Premju Servizz bi Tbissima 2023 

Waqt ċerimonja, l-MCCAA ħabbret ir-rebbieħa tat-tmien edizzjoni ta’ Premju Servizz bi Tbissima. 

Fid-diskors tagħha waqt iċ-ċerimonja, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli qalet li inizjattivi bħal Premju Servizz bi Tbissima jenfasizzaw l-importanza li għandha tingħata lill-customer care u after sales service. Kompliet li r-reklami u l-offerti jattiraw lill-konsumaturi lejn negozju iżda biex negozju jirnexxi u jikber irid ikun hemm fiduċja min-naħa tal-konsumatur li meta tinqala’ problema bil-prodott jew servizz mixtri, il-bejjiegħ ikun hemm biex jgħinhom isolvu l-problema. Saħqet li huwa dan is-servizz li jiddistingwi kumpanija minn oħra.

Il-Ministru Farrugia Portelli fakkret li din is-sena kienet waħda fejn issaħħet l-għodda legali tal-konsumatur b’liġijiet ġodda fil-Parlament. Fissret li inizjattiva bħal din turi wkoll kemm din l-Awtorità qed taħdem biex issaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-konsumaturi u n-negozjanti. Hija kompliet tgħid li dan il-premju jispira pożittività u jagħti enerġija lis-settur tan-negozju biex ikompli jtejjeb il-kwalità tas-servizz li jipprovdu lill-konsumaturi.

 

Fl-indirizz tagħha, iċ-Chairperson tal-MCCAA, l-Inġ. Helga Pizzuto tkellmet dwar kif il-missjoni tal-MCCAA ma tiffokax biss fuq l-edukazzjoni u t-tisħiħ tal-konsumaturi iżda wkoll fuq il-ħidma flimkien mal-partijiet interessati, inklużi n-negozji u dawk li jfasslu l-politika, biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet multi dimensjonali li għandhom impatt fuq il-benesseri tal-konsumaturi.

 

L-Inġ. Pizzuto spjegat li l-inizjattiva Servizz bi Tbissima hija xhieda tal-impenn tal-MCCAA li trawwem djalogi miftuħa u onesti mal-partijiet interessati. Hija rringrazzjat lill-kumpaniji nominati għall-impenn tagħhom u għall-kollaborazzjoni tagħhom mal-Awtorità biex jinbena futur reżiljenti u prosperu għall-konsumaturi f’Malta.

Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, Grace Stivala tkellmet dwar kif il-kompetizzjoni Premju Servizz bi Tbissima hija għodda importanti li tikkontribwixxi għall-bini ta’ relazzjoni pożittiva bejn il-konsumaturi u l-bejjiegħa. Permezz ta’ din il-kompetizzjoni, il-konsumaturi juru l-apprezzament tagħhom lejn dawk il-kummerċjanti li joffrulhom servizz tajjeb u dan iħeġġeġ lis-settur tan-negozju biex ikompli jtejjeb is-servizz tagħhom.

Is-Sinjura Stivala qalet ukoll li l-bejjiegħa għandhom iżommu ruħhom aġġornati mal-liġijiet tal-konsumatur sabiex jiżguraw li ma jkollhomx ilmenti bla bżonn li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq ir-reputazzjoni tagħhom. Hija nnotat li l-lealtà tal-konsumatur għandha rwol importanti wkoll fis-suċċess ta’ negozju.

L-edizzjoni ta’ din is-sena kienet magħmula minn sitt kategoriji u l-votazzjoni mill-pubbliku saret bejn id-19 ta’ Lulju u s-16 ta’ Awwissu 2023.

 

Ir-rebbieħa ta’ kull kategorija kienu dawn:

 

Il-kategorija ta’ Prodotti Elettroniċi u Affarijiet għad-Dar intrebħet minn SCAN 

It-tieni post: Top Choice

It-tielet post: Triple A

 

Il-kategorija ta’ Bejjiegħa Lokali Onlajn intrebħet minn tappwater.mt

It-tieni post: bottarga.com.mt

It-tielet post: scanmalta.com

 

Il-kategorija Moda u Sbuħija ntrebħet minn Mvintage

It-tieni post: Inglot

It-tielet post: Deborah Mifsud Hair and Beauty

 

Il-kategorija Servizzi tal-Ivvjaġġar u tat-Trasport intrebħet minn Sisu Tours

It-tieni post: Micallef Joe Travel

It-tielet post: Rocs Travel

 

Il-kategorija Supermarkets u Mini Markets intrebħet minn Greens Supermarket

It-tieni post: Maypole

It-tielet post: Nigret Butcher

 

Il-kategorija Ħwienet tal-Annimali u tal-Pjanti ntrebħet minn Piscopo Gardens

It-tieni post: Betty’s Raw Recipes

It-tielet post: Borg Cardona Pet Supplies

 

Din is-sena ġew innominati ’l fuq minn 1,300 bejjiegħ u kumpaniji differenti fis-sitt kategoriji. L-aqwa ħamsa f’kull kategorija ġew iċċekkjati mill-Bord ta’ Servizz bi Tbissima sabiex jiġi aċċertat li l-voti li rċevew dawn il-kumpaniji kienu validi u skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni. Il-Bord ikkonferma wkoll li l-kumpaniji u l-bejjiegħa nominati huma konformi mal-kodiċi ta’ kondotta tal-premju. Il-kumpaniji li klassifikaw fl-ewwel post ta’ kull kategorija ngħataw trofew, ċertifikat u d-dritt li jużaw il-logo ta’ Servizz bi Tbissima fuq materjal promozzjonali.

Share

Recent News

Update | Motor Vehicle Repairs
19 May, 2025
Update | Machinery
16 May, 2025
Webinar on the new Construction Products Regulation (CPR)
15 May, 2025
Web Info Session on the new General Product Safety Regulation
15 May, 2025
Notification of Concentration
09 May, 2025

Visit us

Mizzi House, National Road, BLATA L-BAJDA, Malta
Opening Hours: Monday to Friday between 8.00am and 12.00pm

Bank Details

Bank name:
Bank of Valletta
IBAN Number:
MT14VALL22013000000040019986609
Swift code:
VALLMTMT

Contact Us

Full Name *
Subject *
Case Type *
Email *
Your Message *
  I consent to having MCCAA store my submitted information so they can respond to my enquiry. For more information about how we process your personal data, please see our privacy policy.
© 2018 MALTA COMPETITION AND CONSUMER AFFAIRS AUTHORITY. ALL RIGHTS RESERVED
WEB DESIGN: BRANDEXPODESIGN
Terms of use | Privacy Policy | Cookie Policy | Freedom of Information | Accessibility Statement | Data Protection Policy
  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn

Subscribe to our Newsletter

We shall process your personal data in accordingly with our Data Protection Policy. You have the right to unsubscribe from our list by clicking here, following which your email address will be permanently deleted from our database.