MCCAA Logo
  • MCCAA
  • Blata l-Bajda
  • Head Office
  • +356 2395 2000
  • Consumer Helpline
  • +356 8007 4400
  • Home
  • About Us
    • About the MCCAA
    • Quality Policy
  • Entities
    • Office for Competition
    • Office for Consumer Affairs
    • Technical Regulations Division
    • Standards and Metrology Institute
  • Communication
    • News
    • Events
    • Publications
    • Consultation
    • Procurement
  • Vacancies
  • Tribunal
  • ECC
CONTACT US
MCCAA
  • Home
  • About Us
    • About the MCCAA
    • Quality Policy
  • Entities
    • Office for Competition
    • Office for Consumer Affairs
    • Technical Regulations Division
    • Standards and Metrology Institute
  • Communication
    • News
    • Events
    • Publications
    • Consultation
    • Procurement
  • Vacancies
  • Tribunal
  • ECC
news
Last updated on 09 Nov, 2023

Dettalji dwar ir-roħs sostanzjali fuq 54 mediċina

 

Ħidma tal-awtoritajiet kompetenti waslet biex  f’dawn l-aħħar ftit xhur kien hemm  roħs sostanzjali fil-prezzijiet ta’ 54 mediċina f’pajjiżna. 

Dettalji dwar dan ingħataw mill-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u l-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli f’konferenza.

Il-ministri spjegaw  li permezz ta’ sinerġija bejn il-“Medicines Intelligence and Access Unit” fi ħdan l-Awtorità tal-Mediċini u l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur saret analiżi li nvolviet id-distributuri farmaċewtiċi lokali u internazzjonali, u eventwalment kien hemm il-ftehim li wassal biex jiġu mraħħsa numru ta’ mediċini f’pajjiżna.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal li l-pandemija u l-gwerra fl-Ukrajna ħallew impatt negattiv fuq il-manifattura ta’ bosta mediċini. Semma kif l-Unjoni Ewropea għaddejja b’ħidma sabiex iżżid l-impjanti farmaċewtiċi fit-territorju tagħha, sabiex ma tibqax tiddependi fuq pajjiżi terzi.

Il-ministru spjega li fi klima internazzjonali ta’ inflazzjoni u permacrisis f’dan il-qasam, mhux faċli li pajjiż ċkejken bħal tagħna jkun moqdi b’mediċini ta’ kwalità bi prezz affordabbli. Għalhekk faħħar il-ħidma tal-Awtorità tal-Mediċini għax-xogħol essenzjali tal-impjegati tagħha, li direttament jew indirettament jaħdem favur ħażna tal-mediċini għaċ-ċittadini.

Apparti r-roħs fil-prezz ta’ dawn il-54 mediċina, 10 mediċini ġodda tat-tip generic iddaħħlu f’Malta bi prezzijiet vantaġġużi.

Il-Ministru Abela nnota b’mod pożittiv lil dawk id-distributuri tal-mediċini f’pajjiżna li kkoperaw mal-Awtorità u spjega li r-roħs huwa reġistrat f’mediċini li jikkuraw firxa wiesgħa ta’ mard bħad-dijabete, il-pressjoni għolja, fibromyalgia, aċidu fl-istonku, il-kolesterol għoli, antibijotiċi, l-osteoporożi u psiko-farmaċi. Ir-roħs ivarja bejn 9%  u 54%. Fil-każ tal-mediċina tafamidis, li tintuża f’pazjenti b’mard rari ta’ newropatija, sar roħs li jammonta għal €1,900.

“Dan hu xhieda tal-impenn tal-gvern li jindirizza l-għoli tal-ħajja waqt li jassigura l-aċċessibilità ta’ mediċini ta’ kwalità,” temm jgħid il-Ministru Abela.

 Il-Ministru Julia Farrugia Portelli faħħret il-ħidma li saret li waslet għar-rebħa oħra favur il-konsumatur.

“Dan juri konsistenza fil-ħidma ta’ dan il-gvern biex inkomplu nipproteġu lill-familji Maltin u Għawdxin. F’ċirkostanzi straordinarji fl-Ewropa u internazzjonalment irridu nibqgħu nżommu lill-pazjent u lill-konsumatur fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna. Il-Budget 2024 u dan it-traħħis f’dawn il-mediċini hi prova ċara ta’ dan l-impenn,” spjegat il-Ministru Farrugia Portelli.

“Il-gvern jagħraf l-importanza ta’ mediċini aċċessibbli u dan jista’ jsir biss jekk il-prezzijiet tagħhom ikunu jistgħu jintlaħqu filwaqt li tkun assigurata l-kwalità u s-sigurtà ta’ kull prodott fis-suq,” żiedet tgħid il-Ministru Farrugia Portelli filwaqt tenniet li dan eżerċizzju li jrid ikompli kontinwament.

 

Lista sħiħa tar-roħs tal-mediċini.

 

Recent News

right
Office for Competition | Decision
09 Jul, 2025
right
Notification of Concentration
08 Jul, 2025
right
Update | Standards
07 Jul, 2025
right
Updates | Lifts & PPPs
04 Jul, 2025
right
Notification of Concentration
04 Jul, 2025

Visit us

Mizzi House, National Road, BLATA L-BAJDA, Malta
Opening Hours: Monday to Friday between 8.00am and 12.00pm

Bank Details

Bank name:
Bank of Valletta
IBAN Number:
MT14VALL22013000000040019986609
Swift code:
VALLMTMT

Contact Us

Full Name *
Subject *
Case Type *
Email *
Your Message *
  I consent to having MCCAA store my submitted information so they can respond to my enquiry. For more information about how we process your personal data, please see our privacy policy.
© 2018 MALTA COMPETITION AND CONSUMER AFFAIRS AUTHORITY. ALL RIGHTS RESERVED
WEB DESIGN: BRANDEXPODESIGN
Terms of use | Privacy Policy | Cookie Policy | Freedom of Information | Accessibility Statement | Data Protection Policy
  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn

Subscribe to our Newsletter

We shall process your personal data in accordingly with our Data Protection Policy. You have the right to unsubscribe from our list by clicking here, following which your email address will be permanently deleted from our database.