MCCAA Logo
  • MCCAA
  • Blata l-Bajda
  • +356 2395 2000
  • +356 8007 4400
  • Home
  • About Us
    • About the MCCAA
    • Quality Policy
  • Entities
    • Office for Competition
    • Office for Consumer Affairs
    • Technical Regulations Division
    • Standards and Metrology Institute
  • Communication
    • News
    • Events
    • Publications
    • Consultation
    • Procurement
  • Vacancies
  • Tribunal
  • ECC
CONTACT US
MCCAA
  • Home
  • About Us
    • About the MCCAA
    • Quality Policy
  • Entities
    • Office for Competition
    • Office for Consumer Affairs
    • Technical Regulations Division
    • Standards and Metrology Institute
  • Communication
    • News
    • Events
    • Publications
    • Consultation
    • Procurement
  • Vacancies
  • Tribunal
  • ECC
Last updated on 19 Jun, 2022

Iffirmat MoU bejn l-MCCAA u s-CRPD

Iffirmat MoU bejn l-MCCAA u s-CRPD biex aktar prodotti jkunu aċċessibbli għal persuni b’diżabilità

 

Bħala parti mill-ħidma fl-implimentazzjoni tad-Direttiva Ewropea dwar l-Aċċessibilità, l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim (MoU) sabiex il-Kummissjoni ssaħħaħ l-irwol tagħha ta’ sorveljanza tas-suq għal persuni b'diżabilità.
Filwaqt li l-MCCAA għandha kompetenzi marbuta mas-sorveljanza tas-suq ta’ prodotti mibjugħa f’Malta f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, permezz ta’ dan il-ftehim, is-CRPD ser tassisti f’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċessibilità tal-prodotti li huma regolati mid-Direttiva Ewropea dwar l-Aċċessibilità. Fost il-prodotti u servizzi msemmija fid-Direttiva hemm kompjuters, e-books, u servizzi bankarji, fost oħrajn.
Il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli spjegat li permezz ta’ dan il-ftehim, se jkun assigurat li persuni b’diżabilità ma jkunux ostakolati milli jgħixu ħajja indipendenti minħabba n-nuqqas ta’ aċċessibilità ta’ prodotti. “Huwa għalhekk li dan il-ftehim huwa wieħed importanti għaliex jiżgura li persuni b’diżabilità jibbenifikaw minn prodotti u servizzi bi prezzijiet aktar kompetittivi u aċċessibbli.” Il-ministru kkonkludiet tgħid li ftehimiet ta’ din x-xorta jixhdu l-messaġġ tal-gvern li rridu verament Malta aktar inklużiva.
Il-Kummissarju tas-CRPD Samantha Pace Gasan qalet li filwaqt li din id-direttiva se tkompli ssaħħaħ l-aċċessibilità għall-prodotti f'pajjiżna, is-CRPD se tkun qed tkompli ssaħħaħ l-irwol tagħha fejn tidħol is-sorveljanza u l-infurzar fejn tidħol l-aċċessibilità. Kompliet tgħid li, “b'hekk inkomplu naqdu dmirna fil-monitoraġġ, il-promozzjoni, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità skont kif stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda wkoll.”
Iċ-Chairperson tal-MCCAA l-Inġ. Helga Pizzuto qalet li matul is-snin, l-Awtorità investiet sabiex ittejjeb il-ħiliet tal-persuni li jaħdmu fid-Diviżjoni għar-Regolamenti Tekniċi, u ssaħħaħ is-sistemi użati minnhom. Permezz ta’ dan it-tisħiħ ġew żviluppati u qed ikomplu jittejbu diversi prattiċi, uħud minnhom sabiex jilqgħu anke għall-isfidi ġodda mis-suq globali u katini tal-provvista aktar kumplessi. Kompliet tgħid li permezz ta’ dan il-ftehim, ż-żewġ awtoritajiet ser jaħdmu flimkien sabiex ikun hemm użu aħjar tar-riżorsi, għall-benefiċċju taċ-ċittadini.

Recent News

Notification of Concentration
28 Mar, 2023
Update | Plant Protection Products
28 Mar, 2023
Notification of Concentration
24 Mar, 2023
User Guidelines RoHS 23/01
17 Mar, 2023
Updates | 13.03.23 - 19.03.23
17 Mar, 2023

Visit us

Mizzi House, National Road, BLATA L-BAJDA, Malta
Opening Hours: Monday to Friday between 8.00am and 12.00pm

Bank Details

Bank name:
Bank of Valletta
IBAN Number:
MT14VALL22013000000040019986609
Swift code:
VALLMTMT

Contact Us

Full Name *
Subject *
Case Type *
Email *
Your Message *
  I consent to having MCCAA store my submitted information so they can respond to my enquiry. For more information about how we process your personal data, please see our privacy policy.
© 2018 MALTA COMPETITION AND CONSUMER AFFAIRS AUTHORITY. ALL RIGHTS RESERVED
WEB DESIGN: BRANDEXPODESIGN
Terms of use | Privacy Policy | Cookie Policy | Freedom of Information | Accessibility Statement | Data Protection Policy
  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn

Subscribe to our Newsletter

We shall process your personal data in accordingly with our Data Protection Policy. You have the right to unsubscribe from our list by clicking here, following which your email address will be permanently deleted from our database.