MCCAA Logo
  • MCCAA
  • Blata l-Bajda
  • +356 2395 2000
  • +356 8007 4400
  • Home
  • About Us
    • About the MCCAA
    • Quality Policy
  • Entities
    • Office for Competition
    • Office for Consumer Affairs
    • Technical Regulations Division
    • Standards and Metrology Institute
  • Communication
    • News
    • Events
    • Publications
    • Consultation
    • Procurement
  • Vacancies
  • Tribunal
  • ECC
CONTACT US
MCCAA
  • Home
  • About Us
    • About the MCCAA
    • Quality Policy
  • Entities
    • Office for Competition
    • Office for Consumer Affairs
    • Technical Regulations Division
    • Standards and Metrology Institute
  • Communication
    • News
    • Events
    • Publications
    • Consultation
    • Procurement
  • Vacancies
  • Tribunal
  • ECC
Last updated on 03 Jun, 2021

Imniedi dokument ta’ gwida dwar l-użu xieraq ta’ veleni perikolużi

 

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista, nedew dokument ta’ linji gwida dwar l-użu xieraq ta’ veleni perikolużi wara konsultazzjoni pubblika li saret mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA.

Dan tnieda wara li s-sena li għaddiet il-Kunsill għall-Ħarsien tal-Annimali mmexxi minn Romina Frendo ssottometta lista b’seba’ proposti bħala prijoritajiet li għandhom jinkisbu għall-ħarsien tal-annimali, fosthom dik tat-tneħħija ta’ veleni perikolużi fis-swieq lokali b’mod wiesa’ u li ġieli jkun hemm xi abbużi fl-użu tagħhom.

Il-ministeru ħadem flimkien mal-Kunsill għall-Ħarsien tal-Annimali kif ukoll mal-MCCAA biex jiġi identifikat fejn qed ikun hemm użu ħażin tal-velenu tal-bebbux u tinstab triq ‘il quddiem.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Anton Refalo tkellem dwar l-importanza tad-djalogu u qal li, “Hawnhekk qed naraw kemm hu importanti li saret konsultazzjoni pubblika mill-MCCAA dwar l-użu xieraq ta’ dawn il-veleni. L-għan kien li nisimgħu dwar dawn il-kwistjonijiet u niltaqgħu wiċċ imb’ wiċċ mal-persuni kkonċernati biex b’hekk neliminaw il-problema mill-aktar fis possibbli. Fl-aħħar mill-aħħar, l-għan huwa li nkomplu nissalvagwardjaw il-ħarsien tal-annimali. L-annimali jagħmlu parti mill-familji tagħna u għalhekk rridu nieħdu ħsiebhom”.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista spjega li l-proposti tal-MCCAA sabu l-appoġġ sħiħ tal-imsieħba, l-awtoritajiet u l-għaqdiet mhux governattivi. “Dan huwa turija oħra ta’ kif l-aproċċ bilanċjat ta’ din l-Awtorità huwa effikaċi, u qed iwassal għal-sinerġija, fiduċja u sigurtà”, kompla s-segretarju parlamentari.

Iċ-Chairperson tal-MCCAA Helga Pizzuto spjegat kif l-Awtorità tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha fuq l-evidenza xjentifika u l-edukazzjoni f’qafas regolatorju effettiv. Kompliet tgħid li, “L-għan tagħna huwa li jkollna użu sostenibbli tal-pestiċidi billi nnaqqsu r-riskji u l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem, fuq l-ambjent u l-annimali”.

Minn issa ‘l quddiem il-velenu tal-bebbux u l-bugħarwien jistgħu jinxtraw biss minn nies awtorizzati, bħal mhu l-bidwi, biex b’hekk jiġi żgurat li dawk li jixtru dawn il-prodotti jingħataw gwida xierqa dwar l-użu tagħhom u jiġi evitat avvelenament ta’ ċertu annimali.

Recent News

We are recruiting!
29 Mar, 2023
Notification of Concentration
28 Mar, 2023
Update | Plant Protection Products
28 Mar, 2023
Notification of Concentration
24 Mar, 2023
User Guidelines RoHS 23/01
17 Mar, 2023

Visit us

Mizzi House, National Road, BLATA L-BAJDA, Malta
Opening Hours: Monday to Friday between 8.00am and 12.00pm

Bank Details

Bank name:
Bank of Valletta
IBAN Number:
MT14VALL22013000000040019986609
Swift code:
VALLMTMT

Contact Us

Full Name *
Subject *
Case Type *
Email *
Your Message *
  I consent to having MCCAA store my submitted information so they can respond to my enquiry. For more information about how we process your personal data, please see our privacy policy.
© 2018 MALTA COMPETITION AND CONSUMER AFFAIRS AUTHORITY. ALL RIGHTS RESERVED
WEB DESIGN: BRANDEXPODESIGN
Terms of use | Privacy Policy | Cookie Policy | Freedom of Information | Accessibility Statement | Data Protection Policy
  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn

Subscribe to our Newsletter

We shall process your personal data in accordingly with our Data Protection Policy. You have the right to unsubscribe from our list by clicking here, following which your email address will be permanently deleted from our database.