MCCAA Logo
  • MCCAA
  • Blata l-Bajda
  • +356 2395 2000
  • +356 8007 4400
  • Home
  • About Us
    • About the MCCAA
    • Quality Policy
  • Entities
    • Office for Competition
    • Office for Consumer Affairs
    • Technical Regulations Division
    • Standards and Metrology Institute
  • Communication
    • News
    • Events
    • Publications
    • Consultation
    • Procurement
  • Vacancies
  • Tribunal
  • ECC
CONTACT US
MCCAA
  • Home
  • About Us
    • About the MCCAA
    • Quality Policy
  • Entities
    • Office for Competition
    • Office for Consumer Affairs
    • Technical Regulations Division
    • Standards and Metrology Institute
  • Communication
    • News
    • Events
    • Publications
    • Consultation
    • Procurement
  • Vacancies
  • Tribunal
  • ECC
Last updated on 02 Oct, 2020

Matul l-2019 saru madwar 50,000 test fuq materjal ta’ kostruzzjoni

 

Matul is-sena 2019, id-Direttorat għas-Servizzi Laboratorji, fi ħdan l-MCCAA, għamel madwar 50,000 test fuq materjal ta’ kostruzzjoni fosthom analiżi fuq il-kwalità tat-toroq ġodda u binjiet tal-housing soċjali. Dan l-ammont huwa kważi d-doppju tat-testijiet li saru matul is-sena 2018. Matul is-sena 2019 ukoll, l-istess direttorat għamel testijiet fuq 250 kilometru ta’ bankini, ammont li jfisser żieda ta’ 50 kilometru fuq l-ammont tas-sena 2018.

Ħabbret dan il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli waqt żjara li għamlet fil-laboratorji li l-MCCAA għandha fil-Mosta. Il-Ministru Farrugia Portelli kienet akkumpanjata mis-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista. 

Il-Ministru ħabbret ukoll li d-Direttorat għas-Servizzi Laboratorji se jkompli jtejjeb is-servizzi tiegħu fejn jirrigwarda ttestjar ta’ materjal ta’ kostruzzjoni. Titjib li se jkun possibbli permezz ta’ apparat ġdid li mistenni jasal fil-laboratorju fi żmien mhux ‘il bogħod. Il-laboratorju, li huwa akkreditat mill-Bord Nazzjonali tal-Akkreditazzjoni, joffri 41 test f’dan is-settur.

Fost il-proġetti li saru testijiet fuq il-materjal ta’ kostruzzjoni tagħhom minn dawn il-laboratorji hemm il-Marsa Junction; Triq Buqana, bejn il-Mosta u l-Imġarr; il-bypass ta’ Santa Luċija; u Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat. Din it-triq kellha terġa’ tingħata wiċċ ġdid wara li mit-testijiet li saru rriżulta li l-materjal użat ma kienx skont standards neċessarji.

Fl-istess laboratorji jsiru wkoll testijiet fuq kampjuni ta’ konkrit li jittieħdu minn strutturi eżistenti. Dan sabiex ikunu stabbiliti s-saħħa u l-kwalità tal-materjal użat kif ukoll tkun analizzata l-kimika użata. Prodotti oħrajn li jiġu eżaminati fl-istess laboratorji jinkludu uniformijiet u żraben industrijali.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista saħaq li wara l-kwinti ta’ kull proġett relatat mal-laboratorji tal-MCCAA hemm numru ta’ ħaddiema li kontinwament jiggarantixxu li dawn il- proġetti jkunu ta’ suċċess. Huwa żied li ma jistax ma jissemmiex il-fatt li dawn il-laboratorji qegħdin kontinwament jiksbu riżultati pożittivi meta jiġu mqabbla ma’ laboratorji akkreditati oħrajn.

Id-Direttorat għas-Servizzi Laboratorji huwa wieħed minn tliet direttorati li jagħmlu parti mill-Istitut għall-Metroloġija u l-Istandards fi ħdan l-MCCAA. Iż-żewġ direttorati l-oħra huma dak għall-Istandardizzazzjoni u d-Direttorat għall-Metroloġija.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista flimkien maċ-Chairperson tal-MCCAA, l-Inġ. Helga Pizzuto, iddawwru mal-laboratorju minn Dr Mario Mifsud, Direttur tal-Laboratorju u mill-Inġ. Frans Farrugia, Direttur Ġenerali fl-Istitut għall-Istandards u l-Metroloġija.

Iċ-Chairperson tal-MCCAA, l-Inġ. Helga Pizzuto, faħħret ix-xogħol importanti u vast li jsir f’dan il-laboratorju. Hija spjegat kif dan il-laboratorju jwettaq testijiet fuq materjal tal-kostruzzjoni, fuq drappijiet u fuq gassijiet mediċi fost oħrajn. Dan l-aħħar, il-laboratorju għamel aktar minn 10,000 test fuq gassijiet mediċi li ġew użati fl-isptarijiet tagħna.

Id-Direttur tal-Laboratorju Dr Mario Mifsud semma wkoll li t-Taqsima fi ħdan dan il-laboratorju li tagħmel testijiet fuq materjal ta’ kostruzzjoni li jintuża fuq proġetti maġġuri tal-gvern hija akkreditata min-National Accreditation Board ta’ Malta. B’ kollox din it-taqsima għandha 40 test li huma akkreditati. Barra mit-testijiet imsemmija hawn fuq, il-laboratorju qiegħed ukoll jikkollabora mad-Dipartiment tal-Agrikoltira tal-Università ta’ Bari dwar l-ispezzjonijiet ta’ makkinarju u pompi tal-bexx li jintużaw mill-bdiewa Maltin. Fl-aħħar nett, waqt li d-Direttur Mario Mifsud irringrazzja lill-Ministru Julia Farrugia Portelli u lis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista talli għoġobhom iżuru l-laboratorju sabiex jiltaqgħu mal-ħaddiema, irringrazzja wkoll il-ħaddiema kollha tax-xogħol tagħhom.

Recent News

Notification of Concentration
28 Mar, 2023
Update | Plant Protection Products
28 Mar, 2023
Notification of Concentration
24 Mar, 2023
User Guidelines RoHS 23/01
17 Mar, 2023
Updates | 13.03.23 - 19.03.23
17 Mar, 2023

Visit us

Mizzi House, National Road, BLATA L-BAJDA, Malta
Opening Hours: Monday to Friday between 8.00am and 12.00pm

Bank Details

Bank name:
Bank of Valletta
IBAN Number:
MT14VALL22013000000040019986609
Swift code:
VALLMTMT

Contact Us

Full Name *
Subject *
Case Type *
Email *
Your Message *
  I consent to having MCCAA store my submitted information so they can respond to my enquiry. For more information about how we process your personal data, please see our privacy policy.
© 2018 MALTA COMPETITION AND CONSUMER AFFAIRS AUTHORITY. ALL RIGHTS RESERVED
WEB DESIGN: BRANDEXPODESIGN
Terms of use | Privacy Policy | Cookie Policy | Freedom of Information | Accessibility Statement | Data Protection Policy
  • Facebook
  • Twitter
  • LinkedIn

Subscribe to our Newsletter

We shall process your personal data in accordingly with our Data Protection Policy. You have the right to unsubscribe from our list by clicking here, following which your email address will be permanently deleted from our database.